Krafts

Kuruni tas-Slaten Maġi


Għandek bżonn: 
forom tal-kuruni, kartonċin, kuluri, karti tat-tajr ikkuluriti, kolla, mqass u stejpeler


1. Agħżel il-forma li togħġbok u kklikkja fuqha biex tniżżilha.

2. Ipprintjaha u waħħal il-biċċiet kollha tagħha biex tifforma kuruna.

3. Waħħal il-forma fuq kartonċina biex tiġi aktar soda u qasqasha.

4. Uża biċċiet żgħar ta' karti tat-tajr ikkuluriti u tihom lit-tfal biex irembluhom fi blalen żgħar biex jagħmlu il-ġojjelli għal fuq il-kuruni tagħhom jew jistgħu iwaħħluhom direttament bħala 'collage' fuq il-kuruna.

5. It-tfal ikunu jistgħu ukoll jużaw il-kuluri tax-xemgħa jew tal-lapes biex ikomplu jżejnuha.

6. Fl-aħħar għaqqad iż-żewġ truf flimkien bi stejpler biex tkun tista' tintlibes mit-tfal. 


Anġlu


Għandek bżonn:
forma tal-anġlu, kartonċina, kuluri, affarijiet biex jitwaħħlu mal-anġlu bħala tiżjin, kolla, mqass u stejpler



1. Ikklikkja fuq din il-forma biex tniżżilha.

2. Ipprintjaha u waħħalha fuq kartonċina biex tiġi aktar soda u qasqasha.

3. Żejjen l-anġlu kif trid. (Eż: bil-kuluri, billi twaħħal xi karti kkuluriti, għaġin miżbugħ, stikers, biċċiet tad-drapp jew suf...) 

4. Xħin tlesti, għaqqad in-naħħa mmarkata A ma' B bi stejpil.


Presepju


Għandek bżonn:
forom tal-pasturi kollha, kartonċin, kaxxa taż-żraben imdaqqsa, kaxxa taċ-ċereali kbira, kaxxa tas-sulfarini, brown paper, naqra serratura, kolla u mqass


1. Sib kaxxa taż-żraben u iksiha bil-brown paper minn ġewwa u minn barra.

2. Aqta' il-faċċata tal-kaxxa taċ-ċereali u iksiha wkoll bil-brown paper.
Waħħal il-kaxxa taż-żraben mill-ġenb fuq il-kartuna taċ-ċereali biex tifforma l-għar.

3. Idlek il-parti kollha li se tiġi l-art bil-kolla u ferrex ftit serratura biex tiġi l-art tal-presepju.

4. Ikklikkja hawn biex tniżżel l-pasturi.

5. Ipprintjhom kollha u waħħalhom fuq kartonċina biex jiġu aktar sodi u qasqashom.

6. Itwi l-biċċa ta' taħt kull pastur b'tali mod li joqgħodu weqfin.

7. Biex tagħmel il-maxtura, waħħal l-istampa tat-tiben fuq kaxxa tas-sulfarini.

8. Ħalli t-tfal ipoġġu l-pasturi fil-prasepju. Jekk trid tista' twaħħalhom imma jekk le, t-tfal ikunu jistgħu jirrakkuntaw il-ġrajja tal-Milied filwaqt li jċaqalqu l-pasturi skond l-istorja.



Damma tal-Milied


Għandek bżonn:
kartuna tal-ħalib, karta biex tiksi mingħajr stampi, kolla, mqass, tape u stampi żgħar jew stikers relatati mal-attivitajiet tal-Milied


1. Kejjel 7cm mill-qiegħ tal-kartuna u aqta' sinjal fuq tliet faċċati tal-kartuna.
 
2. Qasqas il-biċċa ta' fuq u fuq dawk it-tliet sinjali li għamilt biex ikollok faċċata waħda biss twila.

3. Kejjel 7cm mix-xifer tal-kaxxa fuq il-faċċata t-twila u agħmel sinjal ieħor u aqta' miegħu.

4. Ilwi il-biċċa t-twila mil-linja l-ħamra biex il-kaxxa tingħalaq. 

5. Waħħal ix-xfar bit-tape.

6. Iksi l-kaxxa b'karta tal-kisi mingħajr stampi.

7. Niżżel dawn il-faċċatiet biex jeħlu fuq is-sitt naħat tad-damma jew waħħal stampi jew stikers biex turi min-numru wieħed sas-sitta.


Kartolini tal-Milied


Għandek bżonn:
karti A4, kuluri

    

    

1. Agħżel waħda minn dawn il-kartolini, ikklikkja fuqha u niżżilha.

2. Ipprintja l-kartolina u imliha bil-kulur.

3. Itwi l-kartolina f'erba' u ikteb għal min hi u minngħand min hi l-kartolina fuq ġewwa.


Stampi biex timla bil-kulur


Għandek bżonn:
karti A4 u kuluri

    

    

    

1. Agħżel l-istampa li trid u niżżilha.

2. Ipprintja l-istampa u imliha bil-kulur.